World Refugee Day with UNHCR Malta

Every year, 20th June is the day the world commemorates the strength, courage and perseverance of refugees and asylum-seekers. World Refugee Day marks a key moment for the public to show support for people who are forced to flee their homes due to conflict and persecution.

 

UNHCR Malta is organising an activity in Pjazza San Gorg, Valletta, and this will be followed by a film screening in collaboration with Valletta Film Festival.

 

The schedule is as follows:

8:00pm: ‘I have something to say’ – an activity for members of the public to meet, listen to and learn from refugees, asylum-seekers and people who support them.

Meet a diverse group of people whose lives have been changed by the refugee experience, as well as people in Malta who work or volunteer in the field. Our speakers will be sitting in different parts of Pjazza San Gorg with chairs around them. You are invited to take a seat with them and listen to their experience, with the opportunity to ask questions at the end. They will talk about the challenges and opportunities of rebuilding their life in Malta, about what it means to feel part of a community, or about why they decided to take action in solidarity with refugees.

 

9:00pm: Free screening of short films – part of the Valletta Film Festival programme

For the fifth year UNHCR Malta is collaborating with Valletta Film Festival. We will be screening a selection of short films that focus on refugee issues, social inclusion and diversity. The screening will be followed by a Q & A with the filmmakers.

 

……….

 

Ta’ kull sena, fl-20 ta’ Ġunju, id-dinja tikkommemora l-kuraġġ, il-forza u l-perseveranza tar-refuġjati u ta’ dawk li qegħdin ifittxu ażil. Il-Jum Dinji tar-Refuġjati huwa jum speċjali għal dawk kollha li huma sforzati jaħarbu minn darhom minħabba kunflitti u persekuzzjoni.

F’dan il-jum, UNHCR Malta se torganizza attività fi Pjazza San Ġorġ fil-belt Valletta. Wara, se jintwera film b’kollaborazzjoni mal-Valletta Film Festival.

 

L-iskeda hija hekk:

8:00pm: ‘Għandi xi ngħid’ – din l-attività hija miftuħa għall-pubbliku sabiex jiltaqa’, jisma’ u jieħu xi ħaġa mingħand refuġjati, persuni li qegħdin ifittxu l-ażil, u individwi oħra li joffru appoġġ.

Din hija opportunità sabiex tiltaqa’ ma’ grupp ta’ nies li ħajjithom inbidlet bl-esperjenza tal-kappell li kellhom jilbsu ta’ refuġjati, kif ukoll ta’ nies li jaħdmu, ħafna minnhom b’mod volontarju f’dan il-qasam. Il-kelliema se jkunu qegħdin bilqiegħda f’partijiet differenti tal-Pjazza San Ġorġ u quddiemhom se jkun hemm diversi siġġijiet. Għalhekk intom mistiedna li tpoġġu fuq wieħed minn dawn is-siġġijiet u tisimgħuhom jirrakkontaw l-esperjenza tagħhom. Wara tistgħu wkoll tinteraġixxu magħhom u tistaqsuhom xi mistoqsijiet. Se jkunu qegħdin jitkellmu fuq l-isfidi u l-opportunitajiet li sabu quddiemhom, xi tfisser għalihom li jkunu parti mill-komunità, jew għaliex iddeċidew li juru solidarjetà mar-refuġjati.

9:00pm: Jintwerew films qosra li huma parti mill-programm tal-Valletta Film Festival.

Din hija l-ħames sena li UNHCR Malta qiegħda tikkollabora mal-Valletta Film Festival. Il-films li se jintwerew kollha se jkollhom it-tema ta’ refuġjati u sitwazzjonijiet marbutin magħhom, it-temi tal-inklużjoni soċjali u tad-diversità. Wara li jintwerew il-films, se jsiru intervisti mal-produtturi tal-istess films.